Il-President Ukren Volodymyr Zelensky akkuża lill-Kremlin "b'terroriżmu tal-enerġija" hekk kif it-truppi Russi jidhru li għamlu xi avvanzi ġodda fuq territorju Uken.
Zelensky qal li madwar 4.5 miljun persuna jinsabu bla provvista tal-elettriku wara l-aħħar attakki li fil-mira tagħhom kien hemm infrastruttura importanti, inkluż impjanti tal-eneġija.
L-aħħar attakki seħħew hekk kif ir-Russu dehru li kienu se jċedu mill-belt strateġika ta' Kherson li tinsab fin-nofsinhar tal-Ukrajna.
Hekk kif fl-aħħar ġimgħat ir-Russi batew ħafna u tilfu diversi bliet importanti, ir-Russa żiedet l-attakki tagħha bl-ajru u minflok bliet bdiet tattakka infrastruttura tal-enerġija.
Skont Zelensky, f'xahar biss terz tal-power stations tal-pajjiż kienu distrutti.
Fil-fatt, l-appell tal-Gvern Ukren qed ikun biex l-Ukeni jużaw l-enerġija b'mod responsabbli biex kemm jista' jkun il-provvista sservi, speċjalment issa fix-xhur tax-xitwa.
Fi kliem Zelensky, il-fatt li r-Russi qed jattakkaw impjanti tal-enerġija u infrastruttura oħra importanti, juri kemm huma 'dgħajfa.'