Il-midja lokali tirrapporta li 13-il ostaġġ Iżraeljan ġew trasferiti lejn l-Eġittu u qegħdin fi triqithom lejn l-Iżrael.
Ladarba l-ostaġġi jaslu f’Rafah, l-Eġittu, se jittieħdu b’ħelikopters l-Iżrael.
Addizzjonalment, ġew rilaxxati 12-il ostaġġ Tajlandiż, skont il-Prim Ministru tat-Tajlandja. Huwa qal fuq il-midja li l-uffiċjali tal-ambaxxata jinsabu fi triqthom biex jiġbruhom f’siegħa oħra.
Il-ħelsien tal-ostaġġi huwa parti minn ftehim temporanju ta’ waqfien mill-ġlied bejn l-Iżrael u l-Ħamas, wara diskussjonijiet bl-għajnuna ta’ Qatar.
Bħala parti mill-ftehim, 39 ostaġġi Palestinjani maqbuda l-Iżrael se jingħataw lill-awtoritajiet fix-Xatt tal-Punent nhar il-Ġimgħa.
B’kollox, 50 ostaġġ u 150 Palestinjan se jinħelsu matul l-erbat ijiem li ġejjin.
Il-ftehim jgħid ukoll li, ma’ kull 10 ostaġġi addizzjonali li jinħelsu, il-pawsa mil-ġlied se tiġi estiża b’ġurnata oħra.
Iżrael qal li rċieva lista ta’ dawk li se jinħelsu l-ewwel, u diġà kkomunika mal-familjari tagħhom.
Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu u l-Ministru tad-Difiża Yoav Gallant jinsabu fiċ-ċentru ta’ kmand tal-Forzi tad-Difiża Iżraeljani f’Tel Aviv, u se jibqgħu hemm sakemm jintemm il-ftehim.