Diversi persuni ġew maqtula u oħrajn midruba f'sparatura fl-università ta' Praga.
Skont il-pulizija Ċeka, iż-żgħażugħ li fetaħ in-nar huwa mejjet ukoll. Iż-żagħżugħ kellu 24 sena u kien joqgħod ftit 'il barra minn Praga.
Il-Pulizija Ċeka sabet liż-żagħżugħ mejjet fil-fakulta tal-arti fl-università. Il-Ħamis kien instab missieru mejjet ukoll.
Fl-inċident inqatlu ħmistax-il persuna u 24 oħra feruti. il-president tal-pulizija Ċeka qal li jista' li kien ispirat minn massakri oħra simili li seħħew postijiet oħra, u li ġara m'għandux x'jaqsam ma' terroriżmu internazzjonali.
Skont Rueters, il-Fakultà tal-Arti tal-Univesità bagħtet email tinforma lill-persunal u lill-istudenti li hemm aggressur armat fil-binja.
Il-pulizija għalqet il-pjazza Jan Palach milli jidħlu nies fiha u ħeġġet lin-nies ukoll biex jitilqu mit-toroq tal-madwar u jibqgħu ġewwa.
Permezz ta' post fuq X, post ixxerjat fuq il-pjattaforma juri persuni qiegħdin jistaħbew mill-aggressur fuq xifer it-tieqa.
Il-Prim Ministru Robert Abela kiteb fuq X li jinsab pjuttost iddispjaċut b'li ġara, filwaqt li ta l-kondoljonzi lill-familjari li tilfu qrabat tagħhom.