Il-Ġimgħa, ir-Russja tefgħet missili fuq Kyiv u diversi bliet Ukraini oħra, li rriżulta f'mill-inqas għaxar imwiet u 18-il persuna midruba, skont l-uffiċjali.
Yuriy Ignat, kelliem għall-forza tal-ajru tal-Ukrajna, żvela li l-attakk beda b’mewġa ta’ bumbardamenti minn drones segwiti minn attakki bil-missili, li ħallew qerda warajhom.
Il-President Ukren, Volodymyr Zelenskyy kiteb fuq X (Twitter) li r-Russja użat kull tip ta’ arma possibbli li bihom attakkat diversi bliet u weġġgħat diversi nies. Huwa kiteb ukoll li total ta’ 110 missila kienu sparati fuq l-ibliet.
L-assistent Presidenzjali Ukrain Andriy Yermak enfasizza li missili Russi kienu fil-mira ta’ faċilitajiet u bini ċivili, u sejjaħ għal appoġġ internazzjonali akbar biex jitwaqqaf it-terrur li għaddej. Bosta individwi ġarrbu ġrieħi serji hekk kif numru ta’ bini nqabad bin-nirien.
L-attakki estendew lil hinn minn Kiev, u laħqu bliet bħal Kharkiv, Lviv, Dnipro, u Odesa. Is-Sindku
Dawn l-attakki devastanti seħħew ftit jiem biss wara li l-Ukrajna laqtet vapur tal-gwerra Russu fil-Krimea, li kien ta’ daqqa ta’ ħarta għall-flotta Russa.