Il-Prim Ministrju Brittaniku Rishi Sunak ħabbar l-Erbgħa filgħaxija li l-elezzjoni ġenerali fir-Renju Unit se tkun qed iseħħ fl-4 ta’ Lulju.
Isejjaħ l-elezzjoni quddiem Downing Street, Sunak qal li diġà iltaqa’ mar-Re Karlu it-III biex jitlob li jxolji l-parlament.
Fid-diskors tiegħu, Sunak attakka l-Mexxej Laburist Keir Starmer, il-kandidat favorit bħalissa, u attakka il-politika tiegħu.
“Jien nagħmel dak li hu tajjeb għal pajjiżna, mhux dak li hu faċli... Ma nistax ngħid l-istess ħaġa għall-Partit Laburista,” qal Sunak.
Fit-tweġiba tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Keir Starmer qal li “l-Gran Brittanja jixirqilha aħjar.”