Mill-inqas 49 persuna nqatlu fil-Kuwajt nhar l-Erbgħa wara li nqala’ nar f’bini li kien fih biss ħaddiema barranin. Dan filwaqt li madwar 50 persuna jinsabu feruti.
Filamti fuq il-midja soċjali werew nirien feroċi jaħkmu n-naħat t'isfel tal-bini.
In-nazzjonalitajiet ta’ dawk li mietu ma ġewx żvelati immedjatament mill-awtoritajiet. L-ambaxxatur tal-Indja żar sptarijiet fejn il-ħaddiema kienu qed jingħataw kura għal ġrieħi li ġarrbu fin-nirien.
Jibgħat il-kondoljanzi tiegħu, il-Prim Ministru Indjan, spjega kif bħalissa għaddej proċess ta' ttestjar ta' DNA sabiex jiġu stabbiliti l-identiatijiet tal-vittmi misjuba.
Waqt li żar is-sit, id-Deputat Prim Ministru Sheikh Fahad Yusuf Saud Al-Sabah qal li "ir-regħba tas-sidien tal-proprjetà hija li twassal għal dawn il-kwistjonijiet". Dan seħħ qabel ma kien vverifikat jekk kienx sar xi vjolazzjonijiet fil-bini.
Ħaddiema b'pagi baxxi fil-Golf spiss jgħixu f'akkomodazzjoni iffullata.
L-awtoritajiet lokali ma żvelawx x'tip ta' impjieg kienu involuti fih il-ħaddiema, għalkemm bħal fi stati oħra tal-Golf, il-Kuwajt jiddependi ħafna fuq xogħol barrani f'industriji bħall-kostruzzjoni, inkluż min-Nofsinhar u x-Xlokk tal-Asja.