Tnejn maqtula u għexieren mweġġa' f’attakk fis-suq tal-Milied f’Magdeburg, il-Ġermanja

Żewġ persuni, inkluż tarbija, inqatlu u mill-inqas 68 oħra ndarbu meta karozza daħlet f’folla fis-suq tal-Milied fil-belt Ġermaniża ta’ Magdeburg nhar il-Ġimgħa

(Ritratti: X)
(Ritratti: X)

Żewġ persuni, inkluż tarbija, inqatlu u mill-inqas 68 oħra ndarbu meta karozza daħlet f’folla fis-suq tal-Milied fil-belt Ġermaniża ta’ Magdeburg nhar il-Ġimgħa, skont l-awtoritajiet lokali. Minn dawn, 15-il persuna jinsabu f’qagħda gravi.

Il-Prim Ministru tal-istat ta’ Saxony-Anhalt, Reiner Haseloff, ikkonferma li s-sewwieq suspettat ġie arrestat. Huwa tabib minn l-Arabja Sawdija, ta’ 50 sena, li beda' jgħix fil-Ġermanja fl-2006. Il-karozza involuta kienet mikrija, skont Haseloff.

Filmati fuq il-midja soċjali juru l-mument makabru fejn karozza sewda tidħol direttament f’folla fil-pjazza mimlija nies. Il-pulizija inizjalment ikklassifikaw iż-żona bħala suspettuża għal splussiv, iżda sussegwentement sabu li ma kien hemm xejn.

Is-swieq tal-Milied f’Magdeburg, li jattiraw eluf ta’ viżitaturi kull sena, issa jinsabu f’luttu. Il-belt organizzat servizz ta’ tifkira fil-Katidral ta’ Magdeburg is-Sibt filgħaxija.

Il-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz wera solidarjetà mal-vittmi u l-familji tagħhom, waqt li l-mexxejja Ewropej ukoll bagħtu l-kondoljanzi tagħhom. 

More in Barranin