BIL-FILMAT: Metsola tkeċċi lil MPE tal-lemin estrem li trid teżorċizza l-Parlament Ewropew mid-'demonji'

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola talbet ushers biex ikeċċu MPE tal-lemin estrem mill-Kamra wara nterrompiet bosta drabi numru ta’ kelliema waqt dibattitu dwar il-ħatra tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola (xellug) talbet it-tneħħija tal-MPE Diana Șoșoacă (lemin) mill-Kamra wara li telfet id-diskors ta' numru ta' kelliema waqt dibattitu dear il-ħatra ta' President tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola (xellug) talbet it-tneħħija tal-MPE Diana Șoșoacă (lemin) mill-Kamra wara li telfet id-diskors ta' numru ta' kelliema waqt dibattitu dear il-ħatra ta' President tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola kellha titlob lill-ushers biex ikeċċu bil-forza MPE tal-lemin estrem mill-Kamra wara li bdiet tinterrompi numru ta’ kelliema waqt dibattitu dwar il-ħatra tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.

Metsola ċanfret lill-MEP Diana Șoșoacă, il-mexxej eċċentriku tal-lemin estrem Rumen S.O.S., partit mir-Rumanija, li reċentement ġie eletta għall-ewwel mandat tagħha bħala MPE.

"Din hija t-tielet darba li interrompejt id-dibattitu - nitlob lill-ushers biex ineħħuha mill-plenarja," qalet Metsola, viżibilment diżappuntata.

L-MEP bdiet tgħolli simbolu Ortodoss tal-Verġni Marija u Ġesù Kristu, waqt li tgħajjat, ‘F’Alla Aħna Nafdaw’. Wara li l-ushers avviċinawha biex iġegħluha titlaq mill-kamra, l-MEP għamlet ma’ ħalqha sarima tal-klieb, u twerżaq “huwa permess li nagħmel dak kollu li rrid, għandi d-dritt li nitkellem, jien ġejt ivvutat mir-Rumeni, qed toqtlu n-nies fir-Rumanija”.

L-eks membru tal-Kamra Superjuri tal-Parlament f’pajjiżha stess, Șoșoacă kisbet notorietà fir-Rumanija għall-pożizzjonijiet tagħha kontra l-immigrazzjoni u kontra t-tilqim, kif ukoll l-imġieba tagħha fil-leġiżlatura ta’ Bukarest.

Nhar l-Erbgħa li għadda, Șoșoacă pproponiet li jisejjaħ qassis biex iqaddes il-Parlament Ewropew u jnaddaf il-Kamra minn "xjaten."

"Bħal fil-parlament Rumen, hawn ix-xjaten jiltaqgħu hawn," qalet Șoșoacă lill-ġurnalisti din il-ġimgħa.

Șoșoacă, li libset kostum folkloristiku tradizzjonali Rumen fl-ewwel jum tagħha fil-Parlament, qalet li meta kienet ġabet il-mirra, u s-simbolu ta’ Santa Paraskeva, mara qaddisa Balkana tas-seklu 10, fil-bini, “minnufih l-attitudni ta’ kulħadd inbidlet.”

Hija rrakkontat ukoll esperjenza li kellha mal-Kap tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, li fih sostniet li Metsola bjadet malli ratha. “Jien mort għand is-Sinjura Metsola. Meta ratni, saret abjad,” qal Șoșoacă. “Tlabtha laqgħa, u bdiet tibjad aktar. Hi qaltli, ‘Jekk jogħġbok iktibli l-ħin li trid, u jien lesta biex nitkellem miegħek.’”

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024