“Dawk li ma jħallsux VAT m’għandhomx jintbagħtu l-ħabs” – President

Fil-programm Reporter qalet li l-Maltin mhux razzisti

Fil-programm reporter il-president Marie Louise Coleiro qalet li għalkemm tiffaċċja kritika għas-solidarjeta tagħha mal-immigranti irregolari, xorta temmen li l-Maltin mhux poplu razzist.

 “Hawn ftit razzisti li għadhom ma rċevewx l-informazzjoni korretta s’issa, iżda l-Maltin bħala poplu għandu qalb kbira.” Hi qalet li hi qed tipprova tiftaħ għajnejn in-nies u żżommhom infurmati.

Tkellmet ukoll dwar dawk li ma jħallsux VAT li m’għandhomx jiġu mitfugħa l-ħabs iżda għandhom jagħmlu xogħol komunitarju. “Meta wieħed jintefa l-ħabs għax ma ħallasx VAT, l-istat mhux talli jitlef il-VAT li kellu jieħu iżda jħallas €85 kuljum talli jżommu l-ħabs. Jekk jingħataw biex jagħmlu xogħol komunitarju jkun qed jagħti xi ħaġa lura lejn is-soċjeta.” Statistika turi li f’sena ġew mitfugħa l-ħabs 23 persuna li ma ħallsux il-VAT.

Waqt Reporter, Cloeiro Preca qalet ukoll li r-rwol tagħha mhux biss formalita. Barra li hi iċ-ċchairperson tal-Kummissjoni tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, hi gġandha rwol soċjali fil-presidenza tagħha. “Irrid nuża r-rwol tiegħi biex nippersonafika l-istat biex inkun aktar qrib in-nies u ninkoraġixxi tfal u żgħażagħ biex jibdew jitkellmu minn issa dwar l-aspirazzjonijiet tagħhom għas-soċjeta tagħhom.

Il-President tkellmet dwar il-faqar u li għad hawn tfal li għadhom ma jistgħux jieklu ikla bażika.

“Irrid niskopri u nindirizza l-kawża tal-faqar. Hemm bżonn nieqfu nagħtuhom il-ħuta iżda nagħtuhom il-qasba biex jaqbdu l-ħut huma.”

Tkellmet ukoll dwar dawk is-single parents, speċjalment ommijiet li għandhom problemi mentali li ma jistgġux jaħdmu allura ma tistax tagħtihom taħriġ għax-xogħol. Dawn m’humiex nies li jisolħu lil pajjiż iżda l-pajjiż għandu responsabilita lejhom.

Dwar il-Malta Community Chest Fund, il-president ta’ Malta qalet li trid tiġi diskussa l-futur tagħha. Irridu naraw għandhiex tibqa awtonoma jew jekk gġandiex titpoġġa f’idejn il-gvern. “Irridu nibdew inħajru żgħażagħ u tfal biex jkollhom insurance tas-saħħa. Bħalissa qed nonfqu €200,000 fuq chemotherapy and mediċini speċjalizzati u irridu nifhmu li sal-2030 ir-rata tal-kankru b’50 fil-mija.

 

 

 

More in Intervisti