Astrid Vella hi selettiva u mhux professjonali - Samuel Azzopardi
Intervista esklussiva mas-sindku tar-Rabat Għawdex
More in Intervisti
Intervista esklussiva mas-sindku tar-Rabat Għawdex
“Astrid Vella hi selettiva u mhux professjonali għax fuq is-siġar ta’ Kastilja u tal-venda ta’ Għawdex stess ma ħaditx l-istess stand.”
“Lejn tmiem Awwissu jew bidu ta’ Settembru f ’xid-9pm irċevejt telefonata mingħand Astrid u wara li spjegajtilha x’se jiġri, tlabtha tiltaqa’
mal-Perit Edward Scerri u l-maniġer tal-proġett, William Sultana li setgħu jagħtuha stampa ċara. Għidtilha ċar u tond li r-rilokazzjoni tas-siġar mhux se jsiru bl-ebda fondi Ewropej. Vella qatt ma ltaqgħet magħhom u ħarġet stqarrija li tgħid li qed nużaw fondi Ewropej biex neqirdu s-siġar. U dwar dan, is-segretarjat tal-UE ħareġ stqarrija li kkonferma li aħna mhux nużaw l-ebda fondi Ewropej. Kompliet bl-istqarrijiet li qed nużaw il-fondi Ewropej u dan għamlitu biex ittawwal iż-żmien li l-proġett jitlesta. Għax hi taf li marbutin biż-żmiem biex ma nitilfux il-fondi Ewropej
li huma ta’ €1.6 miljun. Għax anke għamlet mandat il-Qorti biex ma joħorġux il-permessi u ġie miċħud. Min-naħa tagħna, li għamilna s’issa sa ma nistennew il-permessi meħtieġa mill-MEPA neħħejna l-paviment bis- saffi tas-siment u tħalliet ħamrija biss.
“Lejlet l-ewwel tas-sena, l-MEPA talbitna biex inqabbdu erborista biex sal-Ġimgħa 2 ta’ Jannar jagħmel rapport fuq is-siġar għax Vella irrapurtat li qed nagħmlu ħsara lis- siġar.”
Samuel Azzopardi qalli li din kienet reazzjoni tal-mistħija mill-MEPA li twaqqaf ix-xogħol għax xi ħadd li ma investigax u mingħajr stħarriġ mar jirrapurtahom. “Aħna ma rridux ħsara lis-siġar u issa Astrid talbitna biex
niltaqgħu iżda jien għidtilha li issa ma ridtx għax meta ridna niltaqgħu ma ġietx. Għidtilha issa kompli ġġieled fil-fora li għażilt li tiġġieled. Min-naħa tagħna, qed inżommu lill-MEPA responsabbli għall-ħsarat kollha li jistgħu jiġu kkawżati u mandat li ma toħroġx azzjonijiet ulterjuri.”
L-intervista sħiħa tinsab fuq il-ħarġa tal-ILLUM