“L-iskola għajruni anoressika, kaxkruni, ġibduli xagħri u tawni bis-sieq”
Xhieda ta’ tfajliet li jweġġgħu lilhom infushom
More in Intervisti
Xhieda ta’ tfajliet li jweġġgħu lilhom infushom
Ta’ 15-il sena, twila, b’wiċċ ma tpinġihx u b’figura li tqarreb għal perfezzjoni mhux biżżejjed għal Sharon*. Il-figura tagħha ma togħġobhiex, tobgħod kuxxtejha u tixtieq li taqtagħhom barra. Tħossha waħedha u bla ħbieb u dan wassalha biex waqgħet f’nervi kbar. “Inqatta’ lili nnifsi fil-fond għax inkun nixtieq li joħroġli demmi kollu sa ma mmut. Hekk biss kont inħossni li għadni ngħix” qalet Sharon.
L-iskola għadha tiġi bullied fejn għax ma tesperimentax fis-sess jgħajruha ‘nerd’ u li s-subien ma tridx taf bihom għax minnha jridu biss ħaġa waħda, sess biss, “kulma rrid jien hi tgħanniqa u min ifissidni għax inħossni waħdi. Fil-fatt illum meta jiġini l-aptit biex inqatta’ lili nnifsi sirt naħseb f’min iħobbni.”
Chiara* għandha 13-il sena u għall-ewwel darba din il-ġimgħa ddeċidiet li tibda tingiref b’xafra li hi tużaha għall-arti. Chiara hi tifla b’għajnejha żoroq, b’karattru li jidher ferrieħi fuq barra u simpatiċissima. Iżda din it-tifla għandha problemi moħbija. Kienet bullied fi skola u bidlitha u llum tħossha bullied mill-għalliema tagħha li tgħidilha biex tikber quddiem l-istudenti l-oħra kollha u hi tieħu għaliha. Tgħid li fl-iskola jgħajruha ‘kiesħa’ ‘elephant ears’ u ‘chicken legs.’
Ta’ din l-età tenera staqsejna lil Chiara x’ħajjarha li l-ġimgħa l-oħra ddeċidiet li tibda tqatta lilha nnifisha. “Inħossni mdejqa u ħassejtni waħdi meta l-għalliema tiegħi bdejt inħossha li ma tridx taf bija. Qabadni ħafna nervi u tfal fl-iskola tiegħi qaluli li biex inneħħi n-nervi ridt nitqatta’.” Mistoqsija kemm taf tfal tamparha li jagħmlu hekk, hi qaltilna li taf b’madwar 15-il tifla oħra.
L-intervisti sħaħ fiul-ħarġa tal-ILLUM