Il-Hospice Movement kellhom 7,000 każ f'26 sena u 1,000 fl-2014
“Fl-ewwel xahar ta’ din is-sena, Jannar, kellna 66, jiġifieri diġà qbiżna l-medja”
More in Intervisti
“Fl-ewwel xahar ta’ din is-sena, Jannar, kellna 66, jiġifieri diġà qbiżna l-medja”
Lora Cascun ilha chairperson tal-Hospice minn Mejju tal-2013, wara li ġiet innominata fil-laqgħa Ġenerali Annwali. Titkellem dwar ix-xogħol tal-Hospice li joffri u jippromwovi kura paljattiva, fejn il-pazjenti jiġu trattati b’dinjità, awtonomija u ħajja ta’ kwalità.
Ilek fil-Hospice mill-1999, kif wasalt biex illum il-ġurnata qed tokkupa l-kariga ta’ chairperson?
Ara, aħna qegħdin fil-qasam tal-kura u tas-saħħa, jien naħseb li l-esperjenza tiegħi f’dan il-qasam hija vasta ħafna. Il-proċess huwa li wara l-AGM, xi ħadd jinnomina lil xi ħadd, m’iniex ngħid li jien xi ħaġa aqwa minn ħaddieħor, qas xejn, imma naħseb li l-esperjenza li kelli f’dan il-qasam għenet biex nintgħażel bħala ċ-chairperson tal-Hospice.
Il-Hospice kemm għandha pazjenti li jagħmlu mis-servizzi tagħkom ta’ kull sena?
Jekk immorru għall-2014, kellna 1,017 li użaw is-servizzi tagħna. Is-sena ta’ qabel, 2013, kellna 937. Jekk tħares lejn il-medja ta’ kull xahar ta’ każijiet ġodda, fl-2013 kellna 50 każ ġdid, fl-2014 kellna 56 każ ġdid. Issa barra minn hekk diġà qed naraw xejra li dan se jerġa’ jiżdied. Infatti fl-ewwel xahar ta’ din is-sena, Jannar, kellna 66, jiġifieri diġà qbiżna l-medja. Fl-ewwel ġimagħtejn ta’ Frar kellna diġà għoxrin każ, jiġifieri mid-dehra n-numri se jibqgħu jiżdiedu. Infatti mill-1989, meta bdejna sa issa kellna madwar 7,000 pazjent u elf minnhom kienu fl-2014. B’hekk nistgħu ninnutaw kemm tassew in-numri qed jiżdiedu.
X’taħseb li huma r-raġunijiet li n-numru ta’ każi qed jiżdied?
Naħseb li l-ewwel raġuni hija għax is-sena l-oħra ċċelebrajna l-25 sena u b’hekk żidna l-kuxjenza fuq is-servizz li nagħtu. Jista’ jkun ukoll li din is-sena, minħabba li ħadna l-premju taċ-Ċittadin Ewropew, forsi l-attenzjoni li ngħatajna fakkret lin-nies fis-servizzi tagħna u fix-xogħol li aħna nagħmlu u forsi huwa għalhekk li qed jirrikorru iktar għandna. Naħseb ukoll li bħala każi inġenerali xi ftit qed jiżdiedu u b’hekk din taffetwa wkoll.
L-Intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM