Malta hu pajjiż Laburist u jivvota PN meta jiġi dahru mal-ħajt
Intervista esklussiva mal-eks deputat nazzjonalista t-tabib Psaila Savona
More in Intervisti
Intervista esklussiva mal-eks deputat nazzjonalista t-tabib Psaila Savona
Iltqajt mat-tabib Joe Psaila Savona fil-villa tiegħu, li tinsab qalb il-kampanja sabiħa Żejtunija. Għalkemm kont nafu bħala deputat Parlamentari, ma kontx nafu bħala persuna. Fid-dar tiegħu ż-Żejtun iltqajt ma persuna umana, sinċiera, onesta bi ftit jew xejn kantunieri u b’memorja mill-aktar luċida ta’ dak li għadda minnu.
Stajt nilmaħ raġel li jaf x’ried mill-ħajja u x’irid bl-uniku weġgħa hi li tilef lill-akbar ħabiba tiegħu, sieħba, mart u omm uliedu Liliana. Meta staqsejtu kemm ilha li mietet weġibni mill-ewwel, “8 snin neqsin xahar u ġurnata”. Kompla qalli, “niftakar fir-referendum tad-divorzju kont għidt lil saċerdot ħabib tiegħi, ‘tajba din - hawn min qed jiġġieled biex jinfired minn martu u jien ridtha tibqa u telqitni’ u sal-lum għadni nħossni miżżewweġ u mhux single.” Liliana mardet bil-kanċer u wara erba’ snin tiġġieled mal-marda mietet tliet xhur wara li rat l-ewwel wild tifel jitwieled fil-familja tagħha. Psaila Savona qalli li Liliana kienet ġejja minn familja ta’ erba bniet u kellha tliet ulied bniet u l-ewwel żewġ neputijiet kienu bniet u meta wasal l-ewwel neputi tifel, mietet wara 3 xhur, biex wara ġew tliet subien oħra wara xulxin.
Iżda ma ltqajtx mat-tabib Psaila Savona biex niddiskuti biss dwar it-telfa tiegħu, iżda dwar il-karriera politika tiegħu u l-ħsibijiet teigħu dwar il-politika fil-preżent. Tkellimna dwar is-sitwazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, ir-raġunijiet għaliex jaħseb li mar lura u jekk jarax bidliet fil-partit - illum li m’għadux involut għalkemm għadu jsegwi l-politika.
Tkellimna dwar il-passat tal-partit u ma kienx jonqos li nitkellmu dwar il-preżent tal-Partit Nazzjonalista, “Il-partit qed jinbidel mhux bil-mod radikali li hemm bżonn, iżda qed jinbidel. Joseph Muscat għandu kariżma, jaf x’għandu jgħid u x’jixtieq jisma’ l-poplu. Simon min-naħa l-oħra hu intelliġenti u onest u jimxi wisq id f’id mal-irġulija. Imma għalkemm l-onestà sabiħa tinħtieġ ukoll il-makkakerija.”
“Malta hu pajjiż laburist u jivvota PN meta jsib ruħu dahru mal-ħajt. Ħares lejn il-passat u tara li l-PN rebħu elezzjonijiet meta kien hemm bżonn l-Indipendenza, meta kien hemm bżonn titwaqqaf il-vjolenza, meta kien hemm tnaqqir fid-demokrazija u meta riedu jidħlu fl-Ewropa. Il-bqija meta ma jkunx hemm sfidi kbar il-poplu jaqa għall-Partit Laburista. Barra hekk, l-għajta li dan il-gvern għandu hemm 20 sena qed tgħin biex ħafna nies qed jingħaqdu miegħu – għax kif jgħidu if you can’t beat them join them.”
Intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM