“Il-partiti m’għamlu xejn differenti milli dejjem għamlu. Kull elezzjoni jagħtuha tema nazzjonali favur tagħhom. Din id-darba jkolli nammetti li billi kien hemm it-tema tal-kaċċa fejn fil-Floriana din ma tagħmilx differenza wisq, emmint li se jkun pożittiv għalija, iżda ma kienx il-każ.
“Anke l-fatt li jien imsemmi li ma nitgħawwiġx biex nagħmel pjaċiri, wkoll m’għenix biex nirbaħ aktar voti.”
Mistoqsi jekk ħadhiex bi kbira li spiċċa ma telax, Nigel qalli li meta wieħed jagħżel li joħroġ indipendenti irid ikun ippreparat li mhux se jitla’, “għax il-poplu Malti hu affetwat ħafna mill-politika partiġġjana. Anke kelma waħda minn kap ta’ partit jaffetwa referenda. Kont jien li għażilt it-triq iebsa tal-indipendenti anke jekk ħafna qaluli biex nagħżel partit. Iżda jien mhux bniedem ta’ xi partit jew ieħor. U li kienu għażilt partit jew ieħor, ma kontx inkun komdu għalkemm ċert li kieku kont nitla’ żgur u qed ngħid hekk mhux għax prużuntuż, iżda għax hi loġika.
“Ma ħadtiex bi kbira iżda dispjaċut, mhux għax tlift l-elezzjoni iżda għax kont deċiż li noħroġ tal-aħħar għax xtaqt nagħmel ftit snin oħra nikontribwixxi għall-Floriana.”
Intervista sħiħa u esklussiva fil-ħarġa tal-ILLUM