Il-ġurnal ILLUM ta' għada, fost bosta stejjer oħrajn, se jinkludi intervista esklussiva ma' mara b'ġenituri Maltin li bniet isem għaliha nnifisha bħala disinjatriċi ta' livell għoli ħafna. Forsi ftit kienu jafu li fil-fatt kienet hi li ddiżinjat uħud mill-ħwejjeġ li ġew wżati fil-film popolari 'Devil Wears Prada'.
Dan il-film, li ħareġ fl-2006, jitratta tfajla li tidħol fid-dinja tal-moda, li ħafna drabi hija waħda kompettitiva u ħarxa ħafna. Andrea, parti li tinħadem mill-attriċi Anne Hathaway, tidħol taħdem ma' magażin ewlieni tal-moda immexxi minn Miranda Priestly,parti maħduma minn Streep.
Streep kienet imfaħħra ħafna għall-parti tagħha filwaqt li l-film kien mfaħħar ukoll għall-ilbies mill-isbaħ u tal-aħħar moda li jintuża fih. Għada fuq l-ILLUM il-moħħ wara ftit mill-ilbies użat f'dan il-film titkellem mal-ILLUM.
Tinsewx tixtru l-kopja tagħkhom tal-unika gazzetta indipendenti bil-Malti għada filgħodu