Sa’ Ġunju li ġej, il-Gvern qed jippjana li jkollu n-negozjati u d-diskussjonijiet mas-sieħeb strateġiku għall-Airmalta finalizzati biex pajjiżna jkollu Air Malta ‘ġdida’. Dan stqarru f’intervista mal-ILLUM il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis li żied jgħid ukoll kif l-objettiv tal-Gvern huwa li l-Air Malta jkollha bejn 12 u 13-il ajruplan fil-flotta tagħha ladarba l-kumpanija terġa’ tqum fuq saqajha.
Minkejja li tkellem dwar il-benefiċċji ta’ sħubija strateġika, Zammit Lewis baqa’ jirrifjuta li jikkonferma jew jiċħad rapporti li l-linja tal-ajru magħżula bħala sieħeb strateġiku tal-linja nazzjonali Maltija hija l-kumpanija Etihad. Huwa ma xtaqx jippreċiża wkoll liema miżuri iebsin jista’ jkollu jieħu l-Gvern sabiex ikun aċċertat il-ftehim bejn iż-żewġ linji tal-ajru. Qal iżda li l-kundizzjonijiet tal-Gvern se jibqgħu dejjem dawk li l-Air Malta ma tkunx żmantellata u li l-Gvern jibqa’ jżomm il-maġġoranza tal-ishma.
Intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM