JPO Jinsisti li intalab ikun kandidat tal-PN

Busuttil jgħid li ‘hija gidba’

Simon Busuttil kien talab diversi drabi lil Jeffrey Pullicino Orlando biex jerġa’ joħroġ għall-elezzjoni skont intervista li qed tidher f’din il-ħarġa tal-ILLUM. Meta mitlub jikkumenta, Busuttil qal, “hija gidba mill-bidu sal-aħħar. Tant hu hekk, li jien diġà għidt pubblikament li Joseph Muscat jista’ jżommu.”

“Kulħadd għandu jxomm taħt għabtu”, qal l-eks deputat Nazzjonalista meta mistoqsi fuq l-akkużi ta’ mafja fil-konfront tal-PL.  JPO, magħruf għall-veduti  kontroversjali, qal li għax Busuttil m’għandux policies x’joffri, qed jattakka bil-korruzzjoni u tfiegħ ta’ ħama. Hu jgħid li, “jekk irridu nitkellmu dwar Mafja nistgħu nitkellmu dwarha, imma żgur li mhux allaċjata mal-Gvern preżenti.” Hu jgħid li meta fil-passat ħarġu l-ikbar skandli, Busuttil kien uffiċjal tal-Partit. 

Intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM

 

More in Intervisti