Aktar inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Mit-total ta' 657, 541 kienu rġiel u 116 kienu nisa
Mit-total ta' 657, 541 kienu rġiel u 116 kienu nisa

Statistika maħruġa din il-ġimgħa mill-NSO turi li kien hemm żieda fin-numru ta’ inċidenti fil-postijiet tax-xogħol.
L-istatistika tar-rapport maħruġ tkopri l-ewwel kwart tas-sena u tindika li bejn Jannar u Marzu seħħ inċident fatali wieħed filwaqt li ġew irrappurati wkoll 657 inċident ieħor fuq il-post tax-xogħol li ma kinux fatali. Mit-total ta’ 657, 541 kienu ħaddiema rġiel filwaqt li 116 kienu nisa.
Dan ir-riżultat jirrifletti żieda ta’ 14-il każ t’inċidenti jew 2.2% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Dawn l-inċidenti huma meqjusa bħala inċidenti li jwasslu għall-ġrieħi u feriti ħfief fuq il-post tax-xogħol u li ma jinvolvux imwiet.
L-iktar setturi li fihom kien hemm inċidenti huma tal-manifattura u tal-kostruzzjoni. Fis-settur tal-manifattura kien hemm 153 każ filwaqt li inċidenti reġistrati fil-kostruzzjoni ammontaw għal 108 każi.
Terz tal-inċidenti ġraw f’postijiet tax-xogħol li jimpjegaw aktar minn 500 persuna.

 

More in Kronaka