Kaos totali fil-bypass ta' Marsa/Ħamrun wara li vettura tieħu n-nar

Sewwieqa ffaċċjaw traffiku kbir matul il-bypass ta' Marsa-Ħamrun it-Tnejn filgħodu wara li karozza ħadet in-nar għall-ħabta tal-5am

Sewwieqa ffaċċjaw traffiku kbir matul il-bypass ta' Marsa-Ħamrun it-Tnejn filgħodu wara li karozza ħadet in-nar.

Transport Malta kkonfermat li l-inċident ġie rrappurtat għall-ħabta tal-5am, meta karozza ħadet in-nar, u għalqet parti mill-bypass. Sa’ 9am, erba' sigħat wara li n-nirien ġew mitfija, korsija waħda baqgħet magħluqa għat-traffiku.

Fi stqarrija, Transport Malta qalet li t-triq terġa' tinfetaħ kompletament ladarba l-awtoritajiet ikunu jistgħu jiggarantixxu li ma fadal l-ebda periklu għas-sewwieqa. “Ladarba jkun ċert li ma fadal l-ebda periklu għall-sewwieqa li jgħaddu minn din iż-żona, it-triq terġa’ tinfetaħ kompletament għat-traffiku,” qalet l-aġenzija fuq Facebook.

Skont rapporti mill-paġna popolari fuq Facebook Maltese Roads Traffic Updates, it-traffiku beda jinġema’ għall-ħabta tas-7am, b’sewwieqa wkoll jiġu mwissija dwar tixrid ta’ żejt fil-korsija tat-triq lejn it-Tramuntana, li kompliet tikkomplikat s-sitwazzjoni għall-vjaġġaturi.

More in Kronaka