Tibda l-ġimgħa tal-moda

Waħda mill-mudelli liebsa waħda mill-ilbiesi minn Ritienne Zammit mill-kollezzjoni Amen. Ritratt minn Kurt Paris
Waħda mill-mudelli liebsa waħda mill-ilbiesi minn Ritienne Zammit mill-kollezzjoni Amen. Ritratt minn Kurt Paris

Għal dawk fanatiċi tal-moda waslet il-ġimgħa li jkunu qed jistennew ta’ kull sena hekk kif ilbieraħ filgħodu fetħet ir-raba’ edizzjoni tal-Malta Fashion Week fil-Belt Valletta. Il-produttur eżekuttiv Adrian J. Mizzi qata’ ż-żigarella ħamra fi Strada Rjali l-Belt flimkien maċ-Ċermen tal-V18 Jason Micallef u s-Sindku tal-kapitali Maltija Alexei Dingli.
Immedjatament mal-ftuħ bdew l-isfilati tal-moda minn disinjaturi lokali bl-ewwel sfilata kien hemm il-kollezzjoni Biosphere minn Creative Factory 7 ta’ Gaetano Deguara. Segwiet il-kollezzjoni Amen ippreżentata mid-disinjatriċi Ritienne Zammit.
L-isfilati tal-bieraħ filgħodu kienu biss il-bidu ta’ diversi sfilati oħra li apparti l-moda tal-ħwejjeġ jinkludu magħhom diversi stili tax-xagħar u rtokk ippreparati minn uħud mill-aqwa professjonisti fl-oqsma rispettivi tagħhom. Ma’ dawn jingħaqdu wkoll numru kbir ta’ fotografi li matul din il-ġimgħa jkollhom xalata ta’ avvenimenti x’jiġbdu.
Ta’ min isemmi wkoll li siltiet minn din il-ġimgħa tal-moda se jkunu miġbuda mill-istazzjon televiżiv tal-moda Fashion TV. Il-qofol tal-Malta Fashion Week jintlaħaq is-Sibt 31 ta’ Mejju meta fi SmartCity Malta se jiġu ppremjati l-Malta Fashion Awards.

More in Kronaka