Servizz ta’ salvataġġ f’Kemmuna

L-ambulanzi tal-baħar Lifesaver 1
L-ambulanzi tal-baħar Lifesaver 1

L-għaqda voluntarja tal-Emergency Response and Rescue Corps, bdiet s-servizz ta’ salvataġġ fil-bajja tal-Blue Lagoon, f’Kemmuna. Preżenti wkoll viċin il-Blue Lagoon ikun hemm ukoll l-ambulanza tal-baħar Lifesaver 1. Lifesaver 1 tintuża sabiex titrasporta pazjenti li jkollhom bżonn aktar kura lejn l-eqreb portijiet, dak tal-Imġarr f’Għawdex u ċ-Ċirkewwa ġewwa Malta. L-ewwel ġurnata kienet impenjattiva għal-lifeguards tal-ERRC. Huma assistew numru ta’ għawwiema li ċedew waqt li kienu qed jaqsmu fil-baħar bejn Kemmuna u Kominotto.
Is-servizz tal-lifeguarding fil-Bajja tal-Blue Lagoon huwa possibbli permezz ta’ appoġġ finanzjarju mill-Awtorità tat-Turiżmu Maltija. Appoġġ qed jingħata wkoll mill-Ministeru għal Għawdex, Mġarr Marina, Transport Malta, il-Pulizija, Forzi Armati ta’ Malta, Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

 

More in Kronaka