Kmieni lbieraħ filgħodu ġew irrappurtati nirien fl-Amputee Rehab Unit fl-Isptar San Luqa.
Immedjatament ġew imsejħa l-pulizija u l-membri tal-protezzjoni ċivili li ħadu l-passi neċessarji biex jikkontrollaw in-nirien. Investigazzjonijiet preliminari wrew li n-nirien ġew ikkawżati b’mod aċċidentali. F’dan l-inċident ma weġġa’ ħadd.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħadu l-passi neċessarji sabiex jinsab post alternattiv minn fejn se jingħataw is-servizzi relatati ma’ din il-unit. Il-pazjenti li jieħdu dan is-servizz se jiġu infurmati bl-arranġamenti l-ġodda