Il-UĦM u l-Assoċjazzjoni tal-Pedjatri Maltin qalu li se jkomplu jagħtu dan is-servizz sakemm l-apparat li jintuża għal kura tad-dwiefer ma jġorr l-ebda riskju ta’ infezzjoni jew kontaminazzjoni. Din l-istqarrija ħarġet wara li l-Ġimgħa filgħodu kien imħabbar li l-Pedjatri kienu se jwaqqfu s-servizz tal-kura tad-dwiefer tas-saqajn fil-kliniċi tal-gvern.
Id-deċiżjoni biex jitkompla s-servizz ittieħdet wara li l-Ministeru tas-Saħħa bidel il-pożizzjoni tiegħu biex issa l-apparat kollu li jintuża għal dan is-servizz se jkun sterilizzat u ppakkjat individwalment, qalet il-UĦM fi stqarrija.
Il-UĦM żiedet tgħid li s-sitwazzjoni preżenti hija biss temporanja u għalhekk talbet għal laqgħa urġenti biex tiġi diskussa soluzzjoni permanenti għal titjib fil-prattiċi tas-saħħa, għall-ġid tal-pazjenti u ta’ min jagħti s-servizz.