L-ewwel solar farm

Bħalissa għaddejja ħidma biex ikun hawn l-ewwel razzett għall-enerġija mix-xemx f’Malta. Dan qed isir hekk kif iż-żieda fl-istallazzjoni ta’ panelli fotovoltaiċi f’pajjiżna qed tieħu żvolta ġdida. Dan is-solar farm li hu l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fil-gżejjer Maltin u se jkun qed jiġġenera 2.05MW. B’kollox se jiġu installati madwar 8,200 pannella.

Il-proġett qed isir fuq l-imħażen li l-kumpanija Medserv għandha fil-Port Ħieles f’Birżebbuġa. Il-kumpanija magħżula biex tikkummissjona dan il-proġett ambizzjuż hi Electro Fix li hi mistennija tlesti l-proġett fit-tieni kwart ta’ din is-sena.

B’kollox hu kkalkulat li dan il-proġett meta jitlesta se jkun qed jipproduċi medja ta’ 3,420 MW kull sena. Dan hu biżżejjed biex jipprovdi biżżejjed enerġija għal sena għal madwar 700 familja li jkollhom konsum ta’ madwar 12 KWh kuljum. 

Hu mistenni wkoll li dan il-proġett se jnaqqas l-emissjonijiet u t-tniġġis mid-dijossidu tal-karbonju b’2,975 tunnellata metrika.

More in Kronaka