Gonzi f’konferenza fil-Vatikan

Lawrence Gonzi
Lawrence Gonzi

L-eks Prim Ministru ta’ Malta Lawrence Gonzi indirizza konferenza internazzjonali annwali fil-Vatikan bit-tema: ‘The Good Society and the Future of Jobs: Can solidarity and fraternity be part of business decisions?’ Gonzi indirizza din il-konferenza fuq stedina tal-Fondazione Centesimus Annus Pro Pontifice li hija għaqda volontarja li tippromwovi l-istudju tad-duttrina tal-Knisja Kattolika kif espressa fl-enċiklika ‘Centesimus Annus’ tal-Papa San Ġwanni Pawlu II.

Fid-diskors tiegħu Gonzi tkellem dwar l-effett li ħalliet il-kriżi finanzjarja fuq id-dinja, speċjalment l-effett li ħalliet fuq l-impjiegi u x-xogħol. Hu semma wkoll kif l-edukazzjoni u l-avvanz fit-teknoloġija huma ċ-ċavetta għall-ħolqien tax-xogħol. 

Lawrence Gonzi qal li l-politika għandha tfittex dejjem il-ġid komuni u tevita ideat populisti. Huwa temm l-intervent billi għamel enfasi fuq il-valuri, l-etika u l-moralità fin-negozju u l-kummerċ, li huma neċessarji biex negħlbu l-isfidi fl-ekonomija dinjija.

More in Kronaka