Anzjana ta’ 77 sena residenti l-Belt Valletta tinsab fil-periklu tel-mewt wara nar li ħakem blokk bini fi Triq l-Ifran fil-Belt Valletta. L-inċident seħħ ilbieraħ ftit qabel is-6am.
Jirriżulta li n-nar beda minn ħanut tal-krafts li jinsab fil-livell tat-triq u n-nar infirex għall-appartamenti fis-sulari ta’ fuq.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.