L-Assoċjazzjoni Pedjatrika Maltija talbet lill-Membri Parlamentari Maltin sabiex iżommu f’moħħhom “l-istabbilità u l-influwenza unika li koppja miżżewġa jistgħu jagħtu lit-tfal.” Dan qaluh f’dikjarazzjoni li ħarġu dwar l-adozzjoni minn koppji tal-istess sess.
L-assoċjazzjoni użat ton ta’ xettiċiżmu dwar l-addozzjoni minn koppji omosesswali.
It-tobba kienu inekwivokabbli fid-dikjarazzjoni tagħhom meta qalu li l-koppji miżżewġa joħolqu “l-aqwa ambjent” għat-tfal. Madanakollu, ma qalux b’mod kategoriku li l-adozzjoni minn koppji omosesswali ħa tħalli impatt negattiv fuq it-tfal.