Il-Knisja Maltija: Kastig jekk titkellem

L-Arċisqof preżenti Patri Pawl Cremona
L-Arċisqof preżenti Patri Pawl Cremona

Qassisin tkellmu ma’ din il-gazzetta bil-kundizzjoni li jibqgħu anonimi, meta mistoqsija għaliex ma ridux juru isimhom qalu, li meta wieħed jitkellem u jikkritika xi parti mit-tmexxija tal-Knisja dawn jispiċċaw jiġu mċaqalqa minn posthom jew jitwarrbu bħala kastig. 

Mhu l-ebda sigriet li s-sitwazzjoni fil-Knisja Maltija ilha snin sejra lura u li bħalissa hemm numru ta’ qassisin li huma mdejqa għal diversi raġunijiet. 

Qalulna li bħalissa hemm 11-il kappillan li mistennija jiġu mċaqalqa minn post għall-ieħor jew oħrajn li se jiġu appuntati bħala kappillani ġodda. Iżda l-aktar ħaġa riċenti li urtat lil ħafna qassisin kienet il-ħatra tal-Arċipriet tal-Isla Fr Robin Camilleri. Hu mifhum li Camilleri laħaq arċipriet wara biss sena u nofs minn meta sar qassis. Dan meta hemm qassisin oħra li ilhom aktar minn għaxar snin li laħqu u li dejjem qed jinqabżu mingħajr ebda raġuni.

L-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna
L-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna

Kawtela bejn l-Isqfijiet Grech u Scicluna

Meta staqsejna lill-membri tal-kleru li tkellmu magħna għaliex ma jwasslux l-ilmenti tagħhom lill-Arċisqof Pawl Cremona, dawn il-membri tal-kleru qalulna li huma ma jafux eżatt lil min iridu jkellmu. Jidher li m’hemmx linja ċara jekk jitkellmux ma’ Dun Frans Abdilla li hu d-delegat tal-kleru, Dun Ray Toledo li hu d-delegat għall-parroċċi jew Dun Anton Gouder li hu l-Provigarju.

Dawn l-istess sorsi qalulna li l-kleru qed jinżamm ’il bogħod milli jitkellem mal-Arċisqof minħabba li n-nies li hemm imdawra mal-Arċisqof huma interessati biss li jżommu posthom. Jidher li l-iskuża li qed jingħataw hi li l-Arċisqof mhux disponibbli jiltaqa’ magħhom minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħtu. 

Minn dak li ntqal lil din il-gazzetta, jidher ukoll li preżentement hemm kawtela kbira bejn l-Isqof t’Għawdex Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna hekk kif it-tnejn li huma qed jistennew il-mument tal-bidla li għandu jwassal biex wieħed minnhom jieħu post Pawl Cremona. 

More in Kronaka