Triq diżastruża, sitwazzjoni tal-biki u perikoluża; taħsbek miexi fuq il-qamar; xbajna. Dawn huma ftit mill-frażijiet li bosta ħaddiema jużaw sabiex jiddeskrivu l-miġja tagħhom minn din iż-żona.
Ir-responsabblità taż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann hi f’idejn il-Gvern Ċentrali. Kelliem għall-Kunsill Lokali afferma dan u enfasizza li dan hu reponsabbilità tal-Malta Industrial Parks Ltd.
Il-Malta Industrial Parks Ltd hi responsabbli mill-amministrazzjoni u l-manutenzjoni ta’ varji żoni industrijali u l-fabbriki li jinsabu f’dawn iż-żoni.
L-istat ħażin tat-toroq huwa ta’ periklu għal kull min jgħaddi minn dawn l-akkwati. Persuni li jagħmlu użu minn din iż-żona qalulna li minkejja li għal diversi drabi appellaw lill-awtoritajiet, dawn qatt ma ħadu azzjoni.”
Din is-sitwazzjoni ilha hekk għal diversi xhur. Minn ġimgħa għal oħra tiżdied xi ħofra. Issa saret sitwazzjoni perikoluża mmens għalina,” spjega ħaddiem li kuljum jgħaddi minn din iż-żona.
“Kissirtha karozza,” kompla dan il-ħaddiem, “u qisu ħadd ma jrid jagħmel xejn sabiex jirranġa din it-triq.”