Maltempata kbira, ftit ħsarat

Minkejja ħsarat sostanzjali fit-toroq, isiru ftit talbiet mal-kumpaniji tal-assigurazzjoni
Minkejja ħsarat sostanzjali fit-toroq, isiru ftit talbiet mal-kumpaniji tal-assigurazzjoni

Il-ġimgħa l-oħra maltempata kbira ħakmet il-Gżejjer Maltin, iżda jidher li l-ħsara rrappurtata kienet minima. 

Ikkuntattjati minn din il-gazzetta, tliet kumpaniji ewlenin tal-assigurazzjoni qalu li saru biss ftit claims, u li dawn kienu jinkludu ħsara fuq il-karozzi u fuq proprjetà.

Jean Pierre Zammit mill-kumpanija AllCare qal li rċevew biss ħames claims: tlieta fuq ħsara ta’ karozzi, waħda fuq proprjetà residenzjali u oħra fuq propjetà kummerċjali. Il-ħsarat kollha kienu jammontaw għal total ta’ madwar għaxart elef ewro.

Matthew von Brockdorff, viċi-direttur tal-Atlas Insurance qal li kellhom biss numu żgħir ta’ claims li kienu ta’ daqs medju. Dawn kienu marbuta ma’ ħsara kkawżata minn siġar imwaqqgħin u l-għargħar.

L-istess qalet kelliema għall-kumpanija tal-assigurazzjoni Gasan Mamo.

It-tliet kumpaniji kkonfermaw li ħsara kkawżata minn elementi naturali, fosthom għargħar, huma inklużi fl-assigurazzjoni li joffru ta’ vetturi u proprjetàjiet.

More in Kronaka