Smoochie - kumpanija kollha nisa

Il-Kumpanija Totally Fresh, jew kif inhi magħrufa aħjar mal-pubbliku Smoochie, hija popolari għall-prodotti friski tagħha. Fattur interessanti ta’ din il-kumpanija huwa li l-ħaddiema kollha ta’ Totally Fresh huma nisa. 

Sandra Zammit, id-Direttriċi ta’ Totally Fresh li jipproduċu s-Smoochies
Sandra Zammit, id-Direttriċi ta’ Totally Fresh li jipproduċu s-Smoochies
Smoochie - prodott frisk u lokali
Smoochie - prodott frisk u lokali

Sandra Zammit, id-Direttriċi tal-Kumpanija fetħet dan in-negozju wara l-għajnuna u l-inkoraġġiment li sabet minn skema li kienet varat il-Malta Enterprise għal nisa li kienu waqfu jaħdmu wara li kellhom it-tfal.

Zammit kienet iddeċidiet li tiftaħ kumpanija biex toħloq prodott differenti minn dak li kien disponibbli fil-ħwienet Maltin.

Din il-kumpanija se tibda toffri prodott ġdid mill-aħħar ta’ din is-sena biex b’hekk tkompli żżid il-prodotti tal-ikel friski u ġenwini li tipproduċi. Apparti x-xarba magħmula minn frott frisk, ‘Smoochie’, issa din il-kumpanija se tkun qiegħda toffri wkoll diversi sopop magħmula minn ħaxix u ingredjenti friski.

Smoochie llum toffri impjieg lil numru ta’ nisa oħra li bħal Sandra Zammit għandhom il-familji tagħhom u li għandhom bżonn kundizzjonijiet tax-xogħol li jippermettu ċertu flessibilità.

Waqt żjara li għamel il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona, iltaqa’ ma’ Sandra Zammit u mal-ħaddiema.

Cardona faħħar l-inizjattivi innovattivi li ħadet din il-kumpanija f’diversi oqsma tal-imprenditorija, mhux biss bil-prodotti li tipproduċi, iżda wkoll b’mudelli ġodda ta’ negozju li flimkien kienu elementi essenzjali għas-suċċess ta’ din il-kumpanija. 

Cardona qal li l-aspett ta’ imprenditorija fost in-nisa huwa importanti ħafna għal dan il-Gvern filwaqt li inkoraġġixxa aktar tfajliet u nisa jidħlu fid-dinja tal-imprenditorija u fid-dinja tax-xogħol.

More in Kronaka