820 iweġġgħu fuq ix-xogħol

L-aktar ħaddiema li jweġġgħu huma min-naħa t'isfel ta' Malta

Jidher iżda li kien hemm tnaqqis ta’ inċidenti fuq l-istess perjodu fl-2013
Jidher iżda li kien hemm tnaqqis ta’ inċidenti fuq l-istess perjodu fl-2013

Jidher li kien hemm tnaqqis ta’ inċidenti fuq ix-xogħol fit-tieni tliet xhur tas-sena meta mqabblin mas-sena ta’ qabel. Fil-fatt statistiċi juru li kien hemm 820 inċident bl-ebda wieħed fatali. Fl-istess perjodu s-sena li għaddiet kien hemm żewġ fatalitajiet.

Minn dawn 676 kienu rġiel u 144 nisa. L-aktar ħaddiema li weġġgħu ġejjin mill-qasam tal-manifattura, akkumpanjati mill-qasam tal-kostruzzjoni.

Fattur interessanti iżda hu li fl-istess perjodu weġġgħu 10 maniġers u 42 professjonista.

Minn din l-istatistika joħroġ ukoll li l-aktar ħaddiema li weġġgħu huma fin-naħa t’isfel ta’ Malta fejn weġġgħu madwar 500 persuna li huma 62% tal-inċidenti kollha.

More in Kronaka