Malta tibqa’ f’klassifikazzjoni A

Fitch iġġedded il-klassifikazzjoni ta' pajjiżna fi klassi A

L-Aġenzija ta’ Kreditu Internazzjonali Fitch, reġgħet ikkonfermat ir-rating A għall-pajjiżna filwaqt li saħqet li l-aspett ekonomiku ta’ pajjiżna huwa wieħed stabbli. “Dan kollu huwa frott ħidma li qed iwettaq Gvern Laburista. Gvern li qed jikseb ir-rizultati sabiex pajjiżna qed jimxi ’l quddiem” qal il-Partit Laburista fi stqarrija.

Il-PL żied jgħid li mill-kummenti ta’ Fitch joħroġ ċar, kif pajjiżna llum m’għadux pajjiż li joqgħod iħares lejn ta’ warajh biex jara x’qed jagħmlu, iżda qed ikun huwa minn tal-ewwel u pijunier. “Dan kollu qed ikun rifless f’riżultati fosthom dak li t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna qed jiżboq it-tkabbir tal-pajjiżi l-oħra fiż-żona Ewro. Fil-fatt fl-ewwel sitt xhur tas-sena t-tkabbir ekonomiku reali kien dak ta’ 3.5%, filwaqt li l-istess Aġenzija ta’ Kreditu qed tbassar li t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna se jibqa’ jkun wieħed fuq iż-żona Ewro.”

More in Kronaka