Il-Kunsill Lokali m’għandux flus

Il-Kunsill Lokali ta' San Ġwann jgħid li m'għandux flus biex ipenġi zebra crossing

Din iż-żona qed tkun ta’ periklu kbir għall-karozzi u l-persuni li jgħaddu minn hawn
Din iż-żona qed tkun ta’ periklu kbir għall-karozzi u l-persuni li jgħaddu minn hawn

Fi Triq Mensija f’San Ġwann, eżattament f’salib it-toroq bejn Triq Stefanotis u Triq is-Santwarju hemm periklu kontinwu għal dawk ir-residenti li jkollhom bżonn jaqsmu. Fosthom anzjani u tfal tal-iskola li jitniżżlu mill-kowċis tal-iskola fuq in-naħa l-oħra tat-triq.

Residenti kkuntattjaw dan il-ġurnal u qalulna li l-periklu hu wieħed iminenti fejn sa din il-ġimgħa stess kienet se tittajjar anzjana waqt li kienet qed taqsam.

Residenta partikolari qaltilna li hemm bżonn li f’dawk l-inħawi għandha ssir zebra crossing u anke dwal tat-traffiku. 

“Ilmentajt dwar dan tliet darbiet mal-Kunsill Lokali” qaltilna din ir-residenta “u dawn weġbuni li ħafna huma r-rapporti dwar din is-sitwazzjoni, iżda qaluli li m’għandhomx flus biex jagħmlu d-dwal tat-traffiku.”

Din ir-residenta qaltilna li “biex tiżbogħ zebra crossing ma naħsibx li hemm bżonn ta’ xi somma kbira ta’ flus.”

More in Kronaka