dak in-nhar kienu numru ta’ qassisin li għamlu kuntatt u tkellmu bil-patt u l-kundizzjoni li jibqgħu anonimi fuq insistenza li min jitkellem jispiċċa kkastigat. Fil-fatt l-ewwel storja kienet ippublikata nhar id-29 ta’ Ġunju, liema artiklu kompla jqajjem interess minn membri oħra tal-kleru tant komplew jidħlu aktar stejjer.
Fit-13 ta’ Lulju l-ILLUM kompliet titkellem fuq is-suġġett tal-Knisja u l-fatt li numru konsiderevoli ta’ qassisin qasmu l-opinjoni tagħhom li l-Isqof t’Għawdex Mario Grech hu l-kandidat ideali biex eventwalment jieħu post Pawl Cremona meta dan iċedi postu.
Kien imbagħad fit-3 t’Awwissu li l-ILLUM kompliet titkellem wara li l-Isqof t’Għawdex Mario Grech f’omelija kien saħaq li l-Knisja għandha bżonn tiġġedded u ddeskriva s-sitwazzjoni bħal ġisem li għandu bżonn demm ġdid biex jieħu r-ruħ.
Aqraw iżjed fil-ħarġa tal-ILLUM