Ftit tal-ħin ilu l-pulizija kienet infurmata bis-sejba ta' kadavru f'Wied iċ-Ċawsli f'Ħal-Qormi. Jidher li l-kadavru kien fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni.
Il-Pulizija tad-distrett immexxija mill-Ispettur Pierre Micallef Grimaud u s-Surġent Joseph Vella jinsabu fuq il-post fejn instab il-kadavru. Hemm ukoll il-Maġistrat Giovanni Grixti li fetaħ inkjesta filwaqt li ħatar numru ta' esperti fuq il-każ, inkluż it-tabib forensiku Dr Mario Scerri.
Mhux qed ikun eskluż li l-kadavru hu tal-persuna li kienet irrapurtata nieqsa xi jiem ilu.