Qabda ta’ xorb alkoħoliku

Kuntrabandu lejn Malta minn Sqallija

Xorb bil-kuntrabandu
Xorb bil-kuntrabandu

It-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana għamlu qabda ta’ xorb alkoħoliku li kien intenzjonat li jiddaħħal f’Malta bil-kuntrabandu. Din il-qabda rriżultat wara tfittxija li saret fuq vettura suspettuża li waslet Malta minn Sqallija.
 
Irriżulta li l-vettura, li għandha pjanċi ta’ reġistrazzjoni Maltija, kienet qiegħda ġġorr 157 kaxxa mimlija flixkien b’xorb alkoħoliku. L-ammont totali ta’ flixkien kien dak ta’ 798 u li fuqhom hemm madwar €4,000 f’dazju tas-sisa.  Ix-xorb u l-vettura ġew miżmuma mid-Dwana għal aktar investigazzjoni.
 

More in Kronaka