[AĠĠORNAT 5] Bomba tisplodi ma' dar ta' spettur fiż-Żurrieq

"Erġajna lura għal żmien il-Flintstones" - Arnold Cassola

Mal-isplużjoni l-garaxx infetaħ u kkawża ħsara fuq il-propjetà ta' Azzopardi
Mal-isplużjoni l-garaxx infetaħ u kkawża ħsara fuq il-propjetà ta' Azzopardi
Bomba tisplodi mar-residenza tal-Ispettur Geoffrey Azzopardi. Video John Pisani

Mill-istudju li qed isir jidher li l-bomba kienet waħda b'kurrent. Jiġifieri ma kinitx bomba tal-ħin. Kien hemm xi tip ta' batterija li splodiet biha. Setgħet kienet bomba li ħadet permezz ta' telefonata minn mobile, iżda dan għadu mhux ikkonfermat. Iktar studju qed isir li jiddetermina t-tip ta' splussiv.

Fil-bomba la kien hemm ħadid u lanqas ballbearings u seta' kien li l-bomba kienet magħmula minn materjal pirotekniku.

L-isplużjoni ħalliet ħsarat kbar u li kieku xi ħadd kien viċin fil-ħin tal-isplużjoni kien ikun inċident fatali.

Iktar kmieni

Għall-ħabta tal-4.30 ta' dalgħodu, bomba splodiet mad-dar tal-Ispettur Geoffrey Azzopardi fi Blue Grotto Avenue fiż-Żurrieq. 

Mal-isplużjoni l-bieb tal-garaxx ta' Azzopardi nfetaħ u kkawża ħsarat estensivi fl-ewwel sular tad-dar. 

Waqt il-ħin tal-isplużjoni Azzopardi kien qiegħed ma' martu u t-tliet uliedu fid-dar. 

Is-suldati tal-Forzi Armati ta' Malta mis-sezzjoni tal-Explosive Ordnance Disposal qegħdin fuq il-post jeżaminaw is-sit.

Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras għadha kif waslet fuq il-post biex tmexxi l-aċċess. Wasal ukoll il-Kappillan tal-Korp tal-Pulizija Fr Raymond Bonnici biex joffri l-appoġġ tiegħu lill-familja Azzopardi. 

Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.

Illum.com.mt tkellmet ma' koppja anzjani li joqogħdu bieb ma' bieb mal-Ispettur Azzopardi. Carmen ta' 68 sena u Joseph Pace ta' 72. Il-koppja Pace rrakkontaw kif ta' kuljum, Joseph iħobb iqum kmieni u jagħmel kikkra kafe għalih u għal martu. Għalkemm kienu jħobbu jbakkru ma kienx soltu għalihom li jqumu daqshekk kmieni. Iżda f'daqqa u l-ħin għall-ħabta tal-4.30am u ftit minuti, jisimgħu ħoss qawwi li xxukkjahom. "Qatt ma smajt ħoss qawwi daqs dan, smajna l-ħġieġ jinkiser kemm ta' ġewwa u anke mat-triq" qalet Carmen. 

L-Aġent Kummissarju tal-Pulizija, Raymond G. Zammit, ikkundanna bil-qawwa dan l-attakk personali fuq l-Ispettur Geoffrey Azzopardi u esprima s-solidarjetà tiegħu miegħu u mal-familja tiegħu.

Bi kliem iebes għal min hu responsabbli għal dan l-attakk, l-Aġent Kummissarju saħaq li l-investigazzjonijiet biex jiġu identifikati dawk wara l-isplużjoni, li setgħet kellha konsegwenzi fatali, huma intensivi

L-Ispettur Geoffrey Azzopardi (lemin) fimkien mal-Kappillan tal-Korp tal-Pulizija Fr Raymond Bonnici. Ritratt John Pisani
L-Ispettur Geoffrey Azzopardi (lemin) fimkien mal-Kappillan tal-Korp tal-Pulizija Fr Raymond Bonnici. Ritratt John Pisani
Carmen Pace u żewġha Joseph, il-koppja anzjani ġirien tal-familja Azzopardi.  Ritratt John Pisani
Carmen Pace u żewġha Joseph, il-koppja anzjani ġirien tal-familja Azzopardi. Ritratt John Pisani
Membru tal-EOD jispezzjona parti mill-bieb tal-garaxx li nqala' minn postu mal-isplużjoni.  Ritratt John Pisani
Membru tal-EOD jispezzjona parti mill-bieb tal-garaxx li nqala' minn postu mal-isplużjoni. Ritratt John Pisani
Ħġieġ ta' tieqa tal-ġirien imkissrin bil-blast.  Ritratt John Pisani
Ħġieġ ta' tieqa tal-ġirien imkissrin bil-blast. Ritratt John Pisani
Suldati mill-EOD jikinsu t-triq biex isibu partijiet mill-bomba għal aktar stħarriġ.  Ritratt John Pisani
Suldati mill-EOD jikinsu t-triq biex isibu partijiet mill-bomba għal aktar stħarriġ. Ritratt John Pisani
Suldati mill-EOD jelevaw fdaljiet mill-bomba.  Ritratt John Pisani
Suldati mill-EOD jelevaw fdaljiet mill-bomba. Ritratt John Pisani
Il-Brigadier Jeffrey Curmi (xellug), li mexxa l-istħarriġ min-naħa tal-Armata flimikien mal-espert tal-Qorti l-Professur Alfred Vella.  Ritratt John Pisani
Il-Brigadier Jeffrey Curmi (xellug), li mexxa l-istħarriġ min-naħa tal-Armata flimikien mal-espert tal-Qorti l-Professur Alfred Vella. Ritratt John Pisani
Ġugarelli ta' ulied l-Ispettur Azzopardi fil-garaxx.  Ritratt John Pisani
Ġugarelli ta' ulied l-Ispettur Azzopardi fil-garaxx. Ritratt John Pisani
Windscreen ta' karozza li ġarbet ħsarat kawża tal-bomba.  Ritratt John Pisani
Windscreen ta' karozza li ġarbet ħsarat kawża tal-bomba. Ritratt John Pisani
Il-Brigadier Jeffrey Curmi flimkien mal-kollegi tiegħu mill-EOD jiflu bir-reqqa l-post fejn huwa maħsub li tpoġġiet il-bomba mal-bieb tar-residenza tal-Ispettur Azzopardi.  Ritratt John Pisani
Il-Brigadier Jeffrey Curmi flimkien mal-kollegi tiegħu mill-EOD jiflu bir-reqqa l-post fejn huwa maħsub li tpoġġiet il-bomba mal-bieb tar-residenza tal-Ispettur Azzopardi. Ritratt John Pisani
Suldati mill-EOD jfittxu f'għalqa fuq in-naħa l-oħra tat-triq għal biċċiet li setgħu taru.  Ritratt John Pisani
Suldati mill-EOD jfittxu f'għalqa fuq in-naħa l-oħra tat-triq għal biċċiet li setgħu taru. Ritratt John Pisani

Huwa appella għal kull informazzjoni, anke b’mod kunfidenzjali, li tista’ twassal biex jiġi solvut dan il-każ daqshekk xokkanti.

Sadattant. Il-Ministru Manuel Mallia li jinsab imsiefer fuq impenji ta’ xogħol, xħin sar jaf b’dak li ġara, ċempel mill-ewwel lill-Ispettur Azzopardi, li assigurah li hu u familtu jinsabu fi stat ta’ saħħa tajjeb. Il-Ministru Manuel Mallia jesprimi solidarjetà mal-Ispettur, il-familja u l-kollegi kollha tiegħu.

Il-Ministru Manuel Mallia iżda wiegħed li se jesiġi li jsir minn kollox biex jinqabad minn wettaq dan ir-reat.

Fi stqarrija li ntbagħtet lill-mezzi tax-xandir, iċ-ċermen tal-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola kkundanna dan il-att u ddeskriva dan l-att bħala "vjolenti u mhux ċivilizzat." L-AD esprimiet is-solidarjetà tagħha mal-Ispettur Azzopardi u l-familja tiegħu u qal li din l-attitudni teħodna lura għal żmien il-Flintstones.

More in Kronaka