illum.com.mt hi infurmata li madwar kwarta ilu, il-Kulleġġ St Thomas More, skola primarja f'Wied il-Għajn rċieva theddida ta' bomba, ftit qabel kienu se joħorġu t-tfal.
Fuq il-post waslu l-pulizija tal-RIU li assistew u bdew joħorġu lit-tfal mill-iskola akkumpanjati mill-għalliema. Dak il-ħin diġà kien hemm ħafna ġenituri jistennew lill-uliedhom.
Sorsi li kienu fuq il-post qalu li l-Kap tal-Iskola avża lill-iskola kollha għall-ħabta tas-2.10pm biex jippakkjaw għax se jispiċċaw ftit qabel. It-tfal ippakkjaw u ħarġu b'mod ordnat mill-klassijiet mal-għalliema tagħhom. Malli bdew ħerġin, it-tfal lemħu lill-ġenituri fi stat ta' paniku u kien dan il-fatt li qajjem il-biża' fost it-tfal. L-għalliema tal-iskola wasslu lit-tfal wieħed wieħed u waħda waħda għand il-ġenituri tagħhom.
Bħalissa l-iskola qed tistenna s-suldati tal-EOD (Explosive Ordinance Disposal) biex jeżaminaw il-post.