Il-vandaliżmu li sar minn ġuvni ta' 19-il sena mill-Belt fuq karozza tal-Pulizija u karozza privata ta' pulizija ħdejn l-Għassa tal-Imsida, seħħ wara attakk vandalu ieħor fil-Park and Ride tal-Blata l-Bajda fejn numru ta' karozzi kienu vandalizzati. Ħafna sewwieqa lbieraħ irrapportaw li sabu l-ħġieġ tal-karozzi tagħhom imkissrin.
Il-vandaliżmu allegatament saru billi l-vandalu tefa' l-ġebel lejn il-karozzi, kisser it-twieqi u anke d-dwal tal-brejk.
Sadanattant il-Pulizija filwaqt li għadha qed teżamina l-filmati miġbuda mis-CCTV cameras li hemm fil-Park and Ride tal-Blata l-Bajda, f'dan l-istadju mhux teskludi li l-ħsarat ta' dawn il-karozzi saru mill-istess persuna. Għada filgħodu l-Ispettur Jason F. Sultana tad-Distrett, se jkun qed iressaq il-qorti żagħżugħ ta' 19-il sena mill-Belt Valletta residenti l-Imsida fejn mistenni jkun mixli bi ħsarat volontarji fil-karozza tal-pulizija tas-servizzi u karozza privata ta' pulizija, fost akkużi oħrajn.
Fi tmiem il-ġimgħa li għadda diversi karozzi ġew irrapportati vandalizzati f'Pembroke.