Ġuvni f'qagħda kritika wara waqgħa ta’ madwar sular

Ġuvni ta' 26 sena f'qagħda kritika jaqa' sular fin-Nadur

Ġuvni jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar sular illum għall-ħabta tat-8am, f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq it-Tiġrija, in-Nadur.
 
Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li l-vittma, li għandu 26 sena u joqgħod ix-Xewkija, kien qiegħed jaħdem fuq-sellum meta waqa’.
 
Il-ġuvni ttieħed b’ambulanza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn kien iċċertifikat li qiegħed f’qagħda kritika.
 
Aktar stħarriġ għadu għaddej filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu b’inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka