Mara ta' 65 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f'inċident tat-traffiku li seħħ bejn vann tal-għamla Maruti Omni misjuq minn raġel ta' 65 sena u Volkswagen Polo misjuq minn ġuvni ta' 18-il sena.
Il-vettura Volkswagen kienet qed tinstaq tul Triq il-Labour, Ħaż-Żabbar direzzjoni lejn Bormla, filwaqt li l-Maruti kienet misjuqa f'side street. Il-mara sofriet ġrieħi serji u ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal kura. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa ta' wara nofs in-nhar. Il-persuni kollha involuti fl-inċident huma residenti Ħaż-Żabbar.
l-Maġistrat tal-Għassa Dr M Farrugia LLD ġiet infurmata bil-każ u appontat inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.