Waqqfu xarabank u min ma kienx jaf jirreċita l-Koran qatluh

Fil-Kenja twaqqfet xarabank u 28 ġew maqtula bla ħniena għax ma kinux Musulmani

28 maqtula bla ħniena għax ma kinux Musulmani
28 maqtula bla ħniena għax ma kinux Musulmani

Il-militanti tal-grupp Musulman Somalu Al-Shabab attakkaw xarabank li kienet sejra lejn Nairobi fil-Kenja. Kien hemm 60 persuna fuq ix-xarabank u minnhom inqatlu 28 u oħrajn sfaw feruti.

Skont huma rreġaixxew kontra r-raid li għamlu l-pulizija Kenjana fil-Moskei ta' Mombasa fis-Somalja. Dawn waqqfu x-xarabank li weħlet fit-tajn u ma setgħetx tinqala'. Niżżlu lis-60 passiġġier u qasmuhom bejn Musulmani u mhumiex. Dawk li kellhom dubju fihom ġagħluhom jirreċitaw parti mill-Koran. Imbagħad bdew jisparaw bl-addoċċ fuq dawk li ma kinux Musulmani wara li tellgħuhom fuq ix-xarabank. Wieħed minn dawk li salvaw qal li sparaw lil martu f'rasha u mtela bid-demm tagħha.

More in Kronaka