Fi stqarrija l-Pulizija qalet li żewġ tfajliet ġew irrapportati nieqsa lill-Pulizija t-Tnejn, 24 ta’ Novembru 2014 fl-Għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun.
It-tfajliet huma Sephora Camilleri ta’ 15-il sena li l-aħħar li dehret kienet liebsa hoody ta’ kulur abjad, filwaqt li l-oħra, Donna Edris ta’ 16-il sena, kienet liebsa ġakketta sewda bil-hood u jeans ta’ lewn blu skur.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar Camilleri u Edris għandu jagħmel kuntatt mal-Pulizija fuq in-numru 119 jew 21 224 001-9, ittemm l-istqarrija.