Niġerjan ta' 30 sena, residenti f'Udine li kien ġej minn Sqallija ġie arrestat mill-pulizija Maltija meta nstab li f'qiegħ falz tal-bagalja kellu kilo u nofs ħaxixa tal-kannabis. Hu wasal fuq il-katamaran il-bieraħ wara d-9 p.m.
Ir-raġel qed jiġi investigat dwar l-importazzjoni u traffikar.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr G Grixti LLD kien infurmat bis sejba u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-investigazzjoni.
Ir-raġel mistenni jitressaq il Qorti.