Issa mejta ‘troia’
Qatel lill-eks martu u poġġa status fuq Facebook
More in Kronaka
Qatel lill-eks martu u poġġa status fuq Facebook
F’Salerno Cosimo pagnani ta’ 32 sena qatel lill-eks martu ta’ 34 sena Maria D’Antogno b’diversi daqqiet ta’ sikkina ma’ ġisimha kollu. Imbagħad mar fuq Facebook u kiteb ‘Sei morta troia’, ‘issa mejta q…..’
L-aktar li jkexkxek iżda hu li kellu madwar 300 persuna li għamlulu ‘like’. Id-delitt seħħ waqt argument sħun li qam bejn din l-eks koppja dwar problemi familjari li kellhom. Waqt il-ġlieda r-raġel kien ferut f’irkobbtu u fil-fatt ittieħed jiddewwa l-isptar. Il-pulizija għadhom mhux ċerti jekk kienx il-qattiel li verament ħareġ fuq l-istaus tiegħu dak il-kliem u qed jaħsbu li seta' kien hemm xi ħaddieħor li daħallu fil-kont tiegħu u kitibhielu hu. Iżda jidher li l-kitba saret qabel l-istess qtil u dan allura jfisser li kellu intenzjoni li joqtolha qabel mar għandha. Id-delitt seħħ ilbieraħ fis-7pm fid-dar tal-mara.
Wara d-delitt hu imbarra ruħu fid-dar tiegħu u l-pulizija kellhom jifqgħu l-bieb biex daħlu jarrestawh. Omm u ħu l-vittma sejħu anke lis-suldati meta semgħu t-twerżiq ġej mid-dar tal-mara. Instabet l-arma li hi sikkina li tintuża fl-agrikoltura.
Il-koppja kellhom tifla ta’ erba' snin. U din l-imsejkna tifla kienet il-problema tagħhom. F’Ġunju li għadda ħadilha t-tifla u ħadha miegħu vaganza ta’ 10 ijiem fil-Ġermanja. Hu kien ordnat li jerġa' jidħol bit-tifla l-Italja għax l-omm kellha l-kustodja tagħha. Fuq Facebook tiegħu wieħed seta' jara li l-missier kien iffissat f’bintu u sħabu kienu dejjem jgħidulu biex ma jaqtax qalbu u jibqa' jiġġieled għal bintu.
Fil-11 ta’ Awwissu li għadda kiteb hekk: “Jasal il-mument li tħossok kuntent, kuntent sal-mewt, kuntent li qed tgħix. U d-dwejjaq kollu, id-dmugħ jkunu ferm 'il bogħod. Għad jasal il-ferħ u żgur li l-ferħ għad jasal.”