Arrestati l-mara u iben il-Kap tal-ISIS

Inqabdu jippruvaw jidħlu l-Libanu mis-Sirja b'dokumenti foloz

Waħda min-nisa u wieħed mit-tfal tal-Kap tal-Istat Iżlamiku, Abu Bakr al Baghdadi, ġew arrestati mill-eżerċitu Libaniż fil-fruntiera bejn il-Libanu u s-Sirja. Dan qalu l-ġurnal As Safir u l-portal tal-ANSA, fejn ippreċiżaw li dan l-arrest sar xi ftit ġranet ilu u sar b'kordinament ma' servizzi sigrieti barranin.
Skont dan il-ġurnal, il-mara u l-iben ġew imblukkati mis-servizzi sigrieti tal-eżerċitu fil-fruntiera waqt li kienu qed jippruvaw jidħlu l-Libanu mis-Sirja b'dokumenti foloz. It-tnejn li huma ttieħdu l-ministeru tad-difiża f'Yarza, fuq l-għoljiet ta' Lvant tal-Libanu, fl-istess triq li twasslek sal-fruntiera għas-Sirja.
F'Awwissu li għadda kien hemm inkontri bejn l-ISIS flimkien mal-grupp Sirjan ta' Al Qaeda kontra l-eżerċitu Libaniż meta riedu jirbħu biċċa art Libaniża. Iżda kellhom jiritraw għalkemm magħhom ħadu xi tletin priġunieri mill-armata Libaniża bħala ostaġġi, li qed jheddu li joqtluhom jekk ma jeħilsux diversi Jihadisti arrestati fil-Libanu. Mill-priġunieri Jihadisti, l-Libanu diġà qatel tnejn minn Al Nusra u wieħed mill-ISIS.

More in Kronaka