Instabu l-fdalijiet tal-maħbub ta’ Alessandru l-Kbir

Rapporti jgħidu li nstab l-iskeletru ta’ Hephaestion il-maħbub ta’ Alessandru l-Kbir

Il-qabar fejn instab il-maħbub ta' Alessandru l-Kbir
Il-qabar fejn instab il-maħbub ta' Alessandru l-Kbir

Wieħed mill-akbar ġenji militari li qatt eżista fl-istorja hu Alessandru l-Kbir. Rebaħ l-Asja minuri, il-levante, is-Sirja, l-Eġittu, l-Assiria, il-Babilonja u l-Persja, filwaqt li daħal anke l-Indja.

Sal-lum il-konkwisti tiegħu għadhom jinteressaw lill-arkeologi li dejjem baqgħu jfittxu dwaru. Dis-sena nstab il-qabar ta’ Filippu II li kien missier Alessandru, li nstab 200 mil bogħod minn fejn instab il-qabar t’ ommu.

Issa ħarġu rapporti li nstab skeletru f’qabar ġewwa Amphipolis fit-tramuntana tal-Greċja li jista jkun tal-maħbub maskili ta’ Alessandru.

Dan il-qabar kien 5.3 piedi taħt l-art fit-tielet ‘chamber’ ta’ sit mimli oqbra. F’dan il-qabar tal-franka, sabu l-fdalijiet ta’ tebut tal-injam, imsiemer tar-ram, għadam u biċċiet ta’ ħġieġ. L-imsiemer u l-ħġieġ huma maħsuba li kienu biex isebbħu t-tebut innifsu.

Il-ministeru tal-kultura Grieg qal li dan il-qabar kien diġa infetaħ u ġie misruq tant li partijiet tal-iskeletru sabuħ imxerred madwar is-sit, iżda xorta qed issir investigazzjoni dwar dak kollu li nstab.

L-arkeologa Dorothy King kitbet fil-blog tagħha li jekk l-għadam li nstab juri li kien ta’ raġel allura jista jkun li kienu ta’ Hephaestion. Għax is-sarkofagu kien elaborat ħafna u magħmlul minn materjal prezzjuż, u skont l-istorja il-funeral u l-qabar ta’ Hephaestion kien wieħed li sewa ħafna flus.

Skont l-istorja meta Haephaestion miet fis-sena 325 QK, Alessandru kien qaxxar xagħru, qatel lit-tabib tiegħu talli ma fejqux u waqqaf kull tip ta’ mużika u kkumissjona l-aktar qabar li jiswa flus fir-renju tiegħu. Tmien xhur wara l-mewt tal-maħbub tiegħu, Alessandru miet.

 

More in Kronaka