Fotografu Żvizzeru ħarab minn taħt ir-ribelli Iżlamiċi fil-Filippini, wara li qatel wieħed minnhom b'machete u irnexxielu jiżgiċċa l-bullets li sparawlu waqt li mar jiġri fi ħdan it-truppi Filippini li dak il-ħin kienu qed jissieltu mal-Iżlamiċi.
Ir-ribelli tal-grupp Abu Sayyaf kienu ħatfu lil Lorenzo Vinciguerra ta' 49 sena fin-naħa t'isfel tal-Filippini aktar minn sentejn ilu.
Vinciguerra ħataf il-machete tal-gwardja tiegħu, waqt li kien hemm il-ġlied bejn it-truppi tal-gvern u r-ribelli. Waqt li kien qed jirribatti mal-gwardja tiegħu ġie ferut f'wiċċu, iżda rnexxilu joħodlu l-machete u ħanxarlu għonqu biha. Hu ħarab jiġri waqt li r-ribelli bdew jisparaw fuqu.
Vinciguerra kien miżmum flimkien ma' ieħor Olandiż li wkoll kien maħtuf sentejn ilu, ewold Horn ta' 52 sena. Iżda dan jinsab marid u ma jiflaħx u meta Vinciguerra beda jgħajjatlu biex jaħrab baqa fejn kien għax ma felaħx jiġri.
Vinciguerra instab li hu b'saħħtu u bħalissa jinsab fil-kustodja tal-Filippini biex jiddewwa mill-feriti f'wiċċu fejn wara mistenni jirritorna l-Iżvizzera. L-armata Filippina qalet li fil-ġurnata tas-Sibt waqt it-ttaqbida irnexxielhom joqtlu ħames ribelli u ferew seba' minnhom.
Abu Sayyaf qed iżommu aktar ostaġġi barranin u anke Filippini.