Argument bejn raġel Malti u immigranta

Niġerjana tiddaħħal l-Isptar għall-kura, raġel jinżamm mill-Pulizija

 

Ritratt Arkivji
Ritratt Arkivji

Mara ta’ 29 sena ta’ nazzjonalità Niġerjana u residenti San Pawl il-Baħar, qed tinżamm l-Isptar Mater Dei biex tingħata aktar kura kawża ta’ ġrieħi li sofriet wara li sfat aggredita minn Malti.

Dalgħodu għall-ħabta tal-11am il-mara kienet fi stabbiliment li jinsab f’Dawret il-Gżejjer f’Buġibba meta beda argument bejn in-Niġerjana u Malti ta’ 43 sena minn San Pawl il-Baħar. L-argument kompla barra l-istabbiliment, li jagħti servizzi finanzjarji, fejn qed ikun allegat li r-raġel beda jaggredixxi lill-mara.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija fejn qed ikun allegat ukoll li l-Malti offra reżistenza tant li kellhom ikunu madwar erba’ Pulizija biex iżommuh.

Filwaqt li l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura b’ambulanza, l-allegat aggressur itteħed fl-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra għal aktar stħarriġ.

More in Kronaka